26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/49
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 — Alstom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrażmetti dokumenti lil qorti nazzjonali - Kunfidenzjalità - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)
2013/C 26/99
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alstom (Levallois Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: National Grid Electricity Transmission plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Magnus, C. Bryant u E. Coulson, solicitors, J. Turner u D. Beard, QC)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2012 li tinsab fl-ittri D/2012/006840 u D/2012/006863 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna t-trażmissjoni ta’ ċerti dokumenti lill-High Court of Justice (England & Wales) sabiex jintużaw bħala provi fil-kuntest ta’ kawża kontra r-rikorrenti, u talba għal ordni ta’ trattament kunfidenzjali fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji tas-sigrieti professjonali li jinsabu fit-tweġiba tar-rikorrenti tat-30 ta’ Ġunju 2006 għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 — Switchgear iżolat bil-gass
Dispożittiv
(1)
L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, sa fejn tikkonċerna t-trażmissjoni lill-High Court of England and Wales tal-verżjoni kunfidenzjali tat-tweġiba ta’ Alstom tat-30 ta’ Ġunju 2006 għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 — Switchgear Iżolat bil-Gass, hija sospiża.
(2)
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy