16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Alstom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/12) (1)
([“Kompetizzjoni - Kawża għad-danni mressqa quddiem qorti nazzjonali - Talba għal kooperazzjoni - Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkomunika informazzjoni lil qorti nazzjonali - Irtirar tat-talba - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2015/C 056/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, solicitors, sussegwentement minn J. Derenne, N. Heaton u P. Chaplin)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: National Grid Electricity Transmission plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Magnus, C. Bryant, E. Coulson, solicitors, J. Turner, D. Beard, QC, u L. John, barrister)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2012, bir-referenza D/2012/006840, li tilqa’ t-talba għal kooperazzjoni tal-High Court of Justice (England & Wales) [Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales)], sa fejn timplika l-iżvelar ta’ informazzjoni allegatament koperta mis-sigriet professjonali li tinsab fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 – Switchgear iżolat bil-gass.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy