9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Bolívar Cerezo vs UASI – Renovalia Energy (RENOVALIA)
(Kawża T-166/12) (1)
([“Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali RENOVALIA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti RENOVA ENERGY u RENOVAENERGY - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2015/C 081/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Bolívar Cerezo (Grenade, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Renovalia Energy, SA (Villarobledo, Spanja) (rappreżentant: A. Velázquez Ibáñez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 663/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Renovalia Energy, SA u M. Juan Bolívar Cerezo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Juan Bolívar Cerezo huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy