15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 — Wirtgen vs UASI (Appart għaż-żamma ta’ furmatur)
(Kawża T-179/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2014/C 45/52
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wirtgen GmbH (Windhagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Jackermeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 1923/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trademark tridimensjonali li tirrappreżenta l-apparat għaż-żamma ta’ furmatur (toolpost) bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.
(2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 23.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy