7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-207/12 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Att li jsegwi talba għall-inseriment ta’ dokument fil-proċess imwettaq bil-għan li tiġi pproċessata t-talba għal rikonoxximent tal-oriġini inċidentali ta’ avveniment subit mir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Att preparatorju - Att informattiv - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
2014/C 212/38
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-3/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 194, 30.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy