20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/10
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2012 — Elitaliana vs Eulex Kosovo
(Kawża T-213/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)
2012/C 319/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Elitaliana SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)
Konvenut: Eulex Kosovo (Pristina, ir-Repubblika tal-Kosovo) (rappreżentant: G. Brosadola Pontotti, solicitor)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ Eulex Kosovo li tiċħad l-offerta li r-rikorrenti kienet ippreżentat fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku intitolat “EuropeAid/131516/D/SER/XK — Helicopter Support to the EULEX Mission in Kosovo (PROC/272/11)” u li tiddeċiedi li tagħti dan il-kuntratt lil offerenti oħra.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy