3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/80
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2013 — Elitaliana vs Eulex Kosovo
(Kawża T-213/12) (1)
(Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo - Ċaħda ta’ offerta minn offerent - Assenza ta’ locus standi tal-konvenuta - Inammissibbiltà)
2013/C 225/178
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Elitaliana SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)
Konvenut: Eulex Kosovo (Pristina, Kosovo) (rappreżentant: G. Brosadola Pontotti, solicitor)
Suġġett
Talba intiża, minn naħa, għall-annullament tal-miżuri adottati mill-Eulex Kosovo fil-kuntest tal-għoti lil offerenti ieħor tal-kuntratt pubbliku intitolat “EuropeAid/131516/D/SER/XK — Appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo (PROC/272/11)” u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Eulex Kosovo għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni subiti minħabba l-fatt li l-imsemmi kuntratt ma ingħatax lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Elitaliana SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 200, 7.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy