24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/42
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – MPM-Quality u Eutech vs UASI
(Kawża T-215/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti PRIM - Mala fide - Artikolu 165(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 41 u 56 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
2014/C 421/59
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka); u Eutech a.s. (Šternberk, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentanti: D. Gája u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Mesto nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2012 (Każ R 826/2010-4), dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, MPM-Quality v.o.s. u Eutech a.s. u, min-naħa l-oħra, Elton Hodinářská a.s.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MPM Quality v.o.s. u Eutech a.s. huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 8.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy