22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/23
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/12 R)
(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 399/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, għal miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt, ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2012, dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għal proġett ta’ modernizzazzjoni ta’ linja tal-ferrovija, li jeskludi lir-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy