12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/12) (1)
(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Esklużjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 9/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament ta’ avviż ta’ kuntatt ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2012 dwar it-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar proġett ta’ immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-rikorrent fil-kuntest tal-istanza preżenti.
(1) ĠU C 227, 28.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy