15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Accorinti et vs BĊE
(Kawża T-224/12) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Banek ċentrali nazzjonali - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mill-Greċja għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema - Konservazzjoni tal-livell ta’ kwalità tal-kreditu suffiċjenti għaż-żamma tal-eliġibbiltà - Tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ programm ta’ xiri mill-ġdid ta’ strumenti favur banek ċentrali nazzjonali - Kredituri privati - Imputabbiltà ta’ ċerti effetti legali fuq l-att ikkontestat - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
2014/C 315/83
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alessandro Accorinti (Nichelino, l-Italja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness tad-digriet (rappreżentanti: S. Sutti u R. Spelta, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment A. Sáinz de Vicuña Barroso, S. Bening u P. Papapaschalis, sussegwentement S. Bening u P. Papapaschalis, aġenti, assistiti minn E. Castellani, T. Lübbig u B. Kaiser, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3) (ĠU L 77, p. 19).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Alessandro Accorinti u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy