12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-227/12) (1)
(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara li ġie ppreżentat ir-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 9/67
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament ta’ sejħa għal offerti, ippubblikata fit-3 ta’ April 2012, dwar it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għal proġett ta’ modernizzazzjoni ta’ linja tal-ferrovija, li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti f’din l-istanza.
(1) ĠU C 227, 28.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy