16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Vakili vs Il-Kunsill
(Kawża T-255/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 46/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bahman Vakili (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, kif ukoll tal-ittra tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2012.
Dispożittiv
(1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Bahman Vakili.
(1) ĠU C 258, 25.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy