24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2014 – Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
(Kawża T-263/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta’ evalwazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
2014/C 194/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Cujo u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 258, 25.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy