15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Suwaid vs Il-Kunsill
(Kawża T-268/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja - Nuqqas ta’ rappreżentazzjoni - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 315/84
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Joseph Suwaid (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment L. Defalque u T. Bontinck, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-punt A 7 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 87, p. 45), kif ukoll tal-punt A 7 tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 87, p. 103), sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.
2)
Joseph Suwaid huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy