13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Klizli vs Il-Kunsill
(Kawża T-336/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Irtirar mil-lista ta’ persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 108/68
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Yousef Klizli (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Z. Garkova-Lyutskanova, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy