26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Grupo T Diffusión vs UASI — ABR Producción Contemporánea (Lampe)
(Kawża T-343/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 26/101
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo T Diffusión, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Lasala Grimalt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ABR Producción Contemporánea, SL (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1622/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ABR Producción Contemporánea, SL u Grupo T Diffusión, SA.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy