1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/12) (1)
([“Rikors għal annullament - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Premessi 11, 14 u 17 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2014/C 431/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi) (Barcelona, Spanja); Elaborados Dietéticos, SA (Palma de Cervelló, Spanja); Nova Diet, SA (Burgos, Spanja); Laboratorios Vendrell, SA (Barcelona); u Ynsadiet, SA (Leganés, Spanja) (rappreżentanti: P. Velázquez González, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u P. Němečková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Menez, aġenti)
Suġġett
B’mod partikolari, talba għall-annullament ta’ premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi), Elaborados Dietéticos, SA Nova Diet, SA, Laboratorios Vendrell, SA u Ynsadiet, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy