24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — EDF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-389/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-elettriku - Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji - Rifjut milli tingħata l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati dawn l-impenji - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)
2012/C 366/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4617 finali, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-proroga tat-terminu ffissat sabiex jiġu onorati wħud mill-impenji tagħha, stabbiliti fid-Deċiżjoni C(2009) 9059 tat-12 ta’ Novembru 2009, li tawtorizza l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni fejn Électricité de France kellha tikseb kontroll esklużiv tal-assi ta’ Segebel (Każ COMP/M.5549 — EDF/SEGEBEL).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy