13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/11
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Adveo Group International (UNITED OFFICE)
(Kawża T-391/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 228/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u S. Paul, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Adveo Group International, SA, li kienet Unipapel Industria, Comercio y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2012, (Każ R 745/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaliditá bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Adveo Group International, SA.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy