12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/38
Digriet tal-imħallef għal miżuri provviżorji tal-14 ta’ Novembru 2012 — Intrasoft International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/12 R)
(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2013/C 9/69
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, dwar l-assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-immodernizzar tas-sistema doganali (ĠU 2011/S 160-262712) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja tat-12 ta’ Settembru 2012 li tinformaha li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien irrakkomanda li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy