3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/81
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2013 — Post Invest Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-413/12) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani favur De Post - La Poste (issa ‘bpost’) - Kumpens għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Offerti ta’ prova ġodda)
2013/C 225/181
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Post Invest Europe Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. van de Walle de Ghelcke u T. Franchoo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 sa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura SA.14588 (C-20/09), implementata mill-Belġju favur de Post — La Poste (issa “bpost”) (ĠU L 170, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tal-Belġju.
(3)
Post Invest Ewropa Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy