13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2013 — Beninca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-418/12) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 108/69
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Lulju 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Jürgen Beninca.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy