14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Strombery Menswear vs UASI — Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)
(Kawża T-451/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STORMBERG - Ċessjoni tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata - Deċiżjoni li jingħalqu l-proċedimenti ta’ revoka - Rikors għal restitutio in integrum - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 58(1), Artikolu 76(1) u Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 367/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Strombery Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Troutsanis, avukat, u C. Tulley, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, in-Norveġja) (rappreżentanti: T. Mølsgaard u J. Løje, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 389/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Stromberg Menswear Ltd u Leketoy Stormberg Inter AS.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Stromberg Menswear Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 02.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy