9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/12 P (R)) (1)
(Appell - Digriet mogħti fl-ewwel istanza fi proċedura għal miżuri provviżorji li jiċħad talba intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata - Rifjut tal-Kummissjoni li tirrimborsa lir-rikorrent is-somom li huwa jqis li nżammu b’mod inġust mill-allowance tiegħu)
2013/C 38/44
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Appell intiż għall-annullament tad-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-3 ta’ Awwissu 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, F-57/12 R (li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 379, 08.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy