15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/11
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — Faktor, B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-468/12) (1)
(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Dewmien - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta)
2014/C 78/23
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: H. Mackiewicz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 554/2012, tad-19 ta’ Ġunju 2012, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 166, p. 20).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy