2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/12) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Rikors promotur - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”])
(2015/C 073/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-H. Heyland, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout u A. Krämer, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2012 bi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tas-27 ta’ Lulju 2012, intiża sabiex il-Kummissjoni teżegwixxi s-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2012, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-300/10, Ġabra, EU:T:2012:247).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy