15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 — von Storch et vs BĊE
(Kawża T-492/12) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet adottati mill-BĊE - Speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema - Miżuri intiżi għaż-żamma tad-disponibbiltà tal-garanziji - Miżuri temporanji li jirrigwardaw tranżazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-garanziji - Assenza ta’ effett dirett - Inammissibbiltà)
2014/C 45/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sven A. von Storch (Berlin, il-Ġermanja) u l-5216-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: M. Kerber u B. von Storch, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u G. Gruber, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, b’mod prinċipali, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas-6 ta’ Settembru 2012, dwar ċertu numru ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas-6 ta’ Settembru 2012, li tadotta miżuri supplementari intiżi għaż-żamma tad-disponibbiltà tal-garanziji sabiex jinżamm l-aċċess tal-kontropartijiet għat-tranżazzjonijiet li jipprovdu likwidità tal-Eurosistema, u, sussidjarjament, tal-Linja Gwida tal-BĊE 2012/641/UE, tal-10 ta’ Ottubru 2012, li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/23) (ĠU L 284, p. 14).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Sven von Storch u l-5216-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għal dan id-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
(1) ĠU C 32, 2.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy