4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-526/12) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
2014/C 253/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti fil-fajl tal-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-vetturi).
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA u AGC Glass Germany GmbH.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn AXA Versicherung AG.
4)
AGC Glass Europe, AGC Automotive Europe u AGC Glass Germany għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy