14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/23
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2012 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill
(Kawża T-57/12)
2012/C 109/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph u M. Lester, Barristers, u M. Taher, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi. Hija ssostni li billi l-isem tagħha ġie inkluż fil-listi annessi mad-Deċiżjoni u r-Regolament ikkontestati, il-Kunsill:
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
—
naqas li jagħti motivazzjoni xierqa u suffiċjenti;
—
naqas li josserva l-kriterji applikabbli għall-istabbiliment tal-listi u/jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonstata li dawn il-kriterji ġew osservati fir-rigward tar-rikorrenti u/jew inkluda r-rikorrenti mingħajr bażi legali xierqa sabiex jagħmel dan;
—
naqas milli jħares id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv; u
—
kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-protezzjoni tal-proprjetà tagħha, l-attività professjonali tagħha u r-reputazzjoni tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy