14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/24
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2012 — ClientEarth vs Il-Kunsill
(Kawża T-62/12)
2012/C 109/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer u P. van den Berg, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut li tirrifjuta l-aċċess (sħiħ) għad-dokument Nru 6865/09, li jinkludi parir mogħti mis-servizz legali tal-konvenut rigward il-legalità tal-abbozz tal-emendi għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) skont l-imsemmi regolament; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, billi l-konvenut naqas milli jipprova kif l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni jippreġudika l-protezzjoni tal-pariri legali.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, billi l-konvenut naqas milli jipprova kif l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Kunsill.
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur kemm tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, billi l-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni.
(4)
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi l-Kunsill ma kkunsidrax b’mod xieraq il-possibbiltà li jingħata aċċess ikbar għad-dokument inkwistjoni.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy