14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/24
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 — Sedghi u Azizi vs Il-Kunsill
(Kawża T-66/12)
2012/C 109/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ali Sedghi (Teheran, l-Iran) u Ahmad Azizi (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia u S. Ashley, Solicitors, D. Wyatt, QC (Queen’s Counsel), u M. Lester, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 319, p. 11), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u li d-deċiżjoni għal dan l-għan ikollha effett immedjat, mingħajr sospensjoni;
—
tiddikjara l-inapplikabbiltà ta’ Artikolu 19(1)(b) u Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, u ta’ Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, fir-rigward tat-tieni rikorrent;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv jallega li ebda wieħed mill-kriterji legali għat-tniżżil tar-rikorrenti fil-lista ma huwa ssodisfat, u ma hemm ebda bażi legali jew fattwali valida għat-tniżżil tagħhom fil-lista; il-Kunsill wettaq żball manifest meta qies li t-tniżżil tar-rikorrenti fil-lista huwa ġġustifikat;
(2)
It-tieni motiv jallega li d-Deċiżjoni u r-Regolament ikkontestati jimponu restrizzjonijiet mhux ġustifikati u sproporzjonati fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti;
It-tieni rikorrent jinvoka żewġ motivi addizzjonali oħra, li jallegaw li:
—
id-Deċiżjoni u r-Regolament ikkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata fuq id-drittijiet tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni Ewropea; u
—
il-Kunsill ma kellux il-kompetenza biex jinkludi lit-tieni rikorrent taħt il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni, għaliex din hija sitwazzjoni purament interna tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy