14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/27
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2012 — Divandari vs Il-Kunsill
(Kawża T-70/12)
2012/C 109/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ali Divandari (Tehran, Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u F. Zaiwalla, Solicitors, M. Brindle, QC (Queen’s Counsel), u R. Blakeley, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 (2), sa fejn dawn l-atti japplikaw għalih;
—
tiddikjara li l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (3) kif ukoll l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 (4) ma japplikawx għalih;
—
tordna li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma japplikax għall-annullament tal-atti li jinkludu lir-rikorrent u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
(1)
Fil-kuntest tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li, b’mod kuntrarju għal dak li jsostni l-konvenut, huwa ma huwiex il-president tal-Bank Mellat.
(2)
Fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-kriterji sostantivi fir-rigward tal-inklużjoni stabbiliti mid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u mir-Regolament Nru 961/2010 ma humiex sodisfatti fir-rigward tiegħu u/jew li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni jekk dawn il-kriterji kinux sodisfatti waqt l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-inklużjoni tiegħu.
(3)
Fil-kuntest tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-kriterji sostantivi ma humiex sodisfatti f’dak li jirrigwarda l-inklużjoni tal-Bank Mellat u/jew li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni jekk dawn il-kriterji kinux sodisfatti waqt l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-inklużjoni tar-rikorrent.
(4)
Fil-kuntest tar-raba’ motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni fit-tul tiegħu tikser id-drittijiet ta’ proprjetà tiegħu kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(5)
Fil-kuntest tal-ħames motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li biż-żamma tal-inklużjoni tiegħu, il-konvenut kiser diversi forom sostantivi, fosthom (i) l-obbligu li jipprovdi motivazzjoni suffiċjenti u (ii) l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
(6)
Fil-kuntest tas-sitt motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti Ġenerali għandha tilqa’ r-rikors tiegħu fil-każ fejn din tilqa’ r-rikors ippreżentat minnhu fil-Kawża T-497/10, Divandari Bank vs Il-Kunsill, jew dak ippreżentat mill-Bank Mellat fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71)
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11)
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy