26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/30
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-98/12)
2012/C 151/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 290, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy