23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/16
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — Adler Modemärkte vs UASI — Blufin (MARINE BLEU)
(Kawża T-160/12)
2012/C 184/29
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Blufin SpA (Carpi, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), tat-3 ta’ Frar 2012, fil-Kawża R 1955/2010-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARINE BLEU” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 — Applikazzjoni Nru 6 505 952
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Blufin
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Taljana u Komunitarja kif ukoll ir-reġistrazzjoni Taljana u internazzjonali tat-trade mark “BLUMARINE” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 19, 23, 24, 25 u 27.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ, applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment miċħuda u l-kawża parzjalment irrinvjata quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy