21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/24
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Al Assad vs Il-Kunsill
(Kawża T-202/12)
2012/C 217/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn tirrigwarda lil Bouchra (sive Bushra) Al Assad;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 282, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy