14.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/10
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)
(Kawża T-205/12)
2012/C 209/17
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 387/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata:“LIBERTE american blend” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni Nru 7 481 211
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Villiger Söhne GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LA LIBERTAS” u t-trade mark figurattiva “La LIBERTAD” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy