14.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/11
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 — Think Schuhwerk vs UASI (Żarbun b’lazzijiet bi truf ħomor)
(Kawża T-208/12)
2012/C 209/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Frar 2012 fil-Każ R 1552/2011-1;
—
tordna li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark ta’ tip ieħor dwar żarbun b’lazzijiet bi truf ħomor għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni Nru 9 130 361
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
Full & Egal Universal Law Academy