14.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/12
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2012 — Hübner vs UASI — Silesia Gerhard Hanke (Original silicea Kieselsäure-Gel)
(Kawża T-211/12)
2012/C 209/21
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Anton Hübner GmbH & Co. KG (Ehrenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kirchgäßner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co. KG (Neuss, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 351/2011-1 kif ġej: tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sa fejn kienet suġġetta għal appell u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha.
—
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata:“Original silicea Kieselsäure-Gel” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Applikazzjoni Nru 8 178 576
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “Silesia” għal prodotti fil-klassijiet 2, 3, 5, 29, 30, 32 u 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy