28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/23
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2012 — Indesit Company vs UASI — ILVE (quadrio)
(Kawża T-214/12)
2012/C 227/39
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Indesit Company SpA (Fabriano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA (Campodarsego, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-14 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2219/2010-1 u tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 313 158 li tinkludi l-element verbali “quadrio” b’kitba partikolari biex tidentifika friġġijiet.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “quadrio” għal prodotti fil-klassi 11 — applikazzjoni Nru 7 313 158
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA
Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali “QUADRA” għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy