11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/19
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 — Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-216/12)
2012/C 243/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Technion — Israel Institute of Technology (Haïfa, l-Iżrael) u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentant: D. Grisay, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament ibbażat fuq l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
—
tiddikjarah ammissibbli u,
—
preliminarjament, tiddikjara r-rikors fondat u tannulla d-deċiżjoni ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni u Media, li tinsab fl-ittra tagħha tat-13 ta’ Marzu 2012 fil-konfront ta’ TECHNION;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-675/11, Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU 2012, C 73, p. 28
Full & Egal Universal Law Academy