21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/25
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2012 — Shark vs UASI — Monster Energy (UNLEASH THE BEAST!)
(Kawża T-217/12)
2012/C 217/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shark AG (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Campbell, Barrister, u P. Strickland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 360/2011-1; u
—
tikkundanna lill-Uffiċċju u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “UNLEASH THE BEAST!”, għal prodotti fil-klassi 32 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5093174
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2729366 tat-trade mark verbali “BRING OUT THE BEAST”, għal prodotti fil-klassi 32; Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2730133 tat-trade mark figurattiva “COOL BITE BRING OUT THE BEAST”, għal prodotti fi klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja kkontestata dikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy