21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/26
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — Micrus Endovascular vs UASI — Laboratorios Delta (DELTA)
(Kawża T-218/12)
2012/C 217/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Micrus Endovascular LLC (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Delta Lda (Queluz, il-Portugal)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 244/2011-2; u
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi minnha quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DELTA”, għal prodotti fil-klassi 10 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6655906
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni trade mark internazzjonali Nru 131374 tat-trade mark figurattiva“DELTA PORTUGAL”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 140578 tat-trade mark figurattiva “DELTA PORTUGAL”, għal prodotti fil-klassi 5; isem kummerċjali rreġistrat Nru 23113 “LABORATORIOS DELTA”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy