28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/24
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2012 — National Trust for Scotland vs UASI — Comhairle na Eilean Siar (ST KILDA)
(Kawża T-222/12)
2012/C 227/41
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: National Trust for Scotland (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. MacKenzie, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comhairle na Eilean Siar (Isle of Lewis, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 310/2011-4, u li tirrifjuta l-applikazzjoni;
—
tordna li l-UASI u kwalunkwe parti intervenjenti f’dan l-Appell għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż tar-rikorrenti għal dawn il-proċeduri u dawk tal-proċedimenti ta’ Appell quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali ST KILDA għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 39, 41 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 283 871
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, b’mod partikolari trade mark mhux irreġistrata protetta fir-Renju Unit, kif ukoll osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi taħt l-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy