11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/21
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2012 — Axa Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-230/12)
2012/C 243/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Axa Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Cleenewerck de Crayencour, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla n-noti ta’ debitu Nru 7141101047 ta’ EUR 1 590,62 tat-23/03/2012 u Nru 7141101053 ta’ EUR 10 160,88 tat-23.3.2012;
—
tannulla l-ħlas bi tpaċija bejn krediti u djun pendenti tal-Kummissjoni, li sar b’ittra tas-26 ta’ Marzu 2012 indirizzata lil S.A. Axa Belgium (ittra bin-numru ta’ referenza D(2012) C4 — B.2 — 000212 u ffirmata minn B. tad-DĠ Baġit);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-trattati u fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Kummissjoni ħarġet noti ta’ debitu għal krediti infondati u ipproċediet għal irkupru bi tpaċija ta’ krediti li ma humiex ċerti, likwidi u pagabbli. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni titlob somom li jmorru lil hinn mil-liġi ordinarja fil-kuntest tas-surrogazzjoni tal-Kummissjoni fid-drittijiet tal-uffiċjali tagħha vittmi ta’ inċidenti meta l-partijiet responsabbli huma assigurati għal responsabbiltà ċivili mir-rikorrenti.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn il-Kummissjoni kienet ipproċediet għal kumpens minkejja obbligu kuntrattwali li ma tagħmilx dan u minkejja l-fatt li, għal diversi snin, il-Kummissjoni kienet aċċettat li tirregola l-fajls permezz ta’ negozjati mingħajr ma tagħmel użu minn tpaċija u sakemm jingħataw deċiżjonijiet mill-qrati Belġjani.
Full & Egal Universal Law Academy