14.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/13
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2012 — Jyoti Ceramic Industries vs UASI — DeguDent (ZIECON)
(Kawża T-239/12)
2012/C 209/22
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd (Nashik, l-Indja) (rappreżentanti: R. Egerer, D. Jochim u A. Kolb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DeguDent GmbH (Hanau-Wolfgang, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Każ Nru R 2546/2010-1;
—
tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ZIECON” għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 40 — Applikazzjoni Nru 8 272 271
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: DeguDent GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CERCON” għal prodotti fil-klassijiet 5, 9 u 10
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 50(1) u r-Regola 19(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni
Full & Egal Universal Law Academy