11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/24
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Gamesa Eólica vs UASI — Enercon (tlaqqigħ orizzontali ta’ kuluri ħodor)
(Kawża T-245/12)
2012/C 243/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 260/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurativa li tirrapreżenta tlaqqigħ orizzontali ta’ kuluri ħodor, għal prodotti fil-klassi 7 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2346542
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq l-Artikolu 52(1)(a) u fuq l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; u
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy