11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/25
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Argo Group International vs UASI — Arisa Assurances (ARIS)
(Kawża T-247/12)
2012/C 243/45
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Argo Group International Holdings Ltd (Hamilton, Bermuda) (rappreżentanti: R. Hoy, S. Levine, u N. Edbrooke, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arisa Assurances SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 193/2011-2, sabiex it-trade mark tar-rikorrenti tiġi rreġistrata;
—
tikkundanna lill-UASI għal-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur “ARIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 36 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7390404
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 307470 tat-trade mark figurattiva bil-kulur “ARISA ASSURANCES S.A.” għal prodotti u servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni li l-UASI u l-Bord wettqu żball ta’ liġi meta kkonkludew li t-trade marks jixxiebhu legalment u meta kkonkludew ipso facto li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku rilevanti.
Full & Egal Universal Law Academy