11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/26
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2012 — Uralita vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/12)
2012/C 243/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Uralita, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat u G. Forwood, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Marzu 2012, li temenda d-Deċiżjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju2008, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (li sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-Sodju), sa fejn dan jimponi multa ta’ EUR 4 231 000 fuq ir-rikorrenti;
—
tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1965, tas-27 ta’ Marzu 2012 — Każ COMP/38.695 — Klorat tas-Sodju; u
—
tordna li l-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni li tiġi imposta multa wara li skada l-perijodu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), u li jinżammu l-interessi fuq din is-somma, kienet illegali.
(2)
It-tieni motiv, li jallega, alternattivament, li kien illegali li l-Kummissjoni żammet l-ammont tal-multa imposta bid-Deċiżjoni C(2012) 1965 tas-27 ta’ Marzu 2012, inklużi l-interessi, qabel ma l-multa kienet dovuta.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2 p. 205)
Full & Egal Universal Law Academy