25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/24
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
(Kawża T-263/12)
2012/C 258/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li minn fosthom sitta huma essenzjalment simili għall-ewwel sitt motivi invokati fil-kuntest tal-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (1).
Barra minn dan, ir-rikorrenti tinvoka motiv ieħor ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ikkontestat minħabba l-illegalità tal-atti preċedenti annullati permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (T-509/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).
(1) ĠU 2010, C 346, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy